Il-messaġġ li wassal il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’laqgħa mal-Prim Ministru u Mexxej Laburitsa Joseph Muscat, jiddomina l-ewwel paġna tal-ġurnal In-Nazzjon. Il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien ċar – inħabbtu l-ħsibijiet biex jirbaħ il-poplu għal Malta aħjar.
Storja oħra ewlenija tikxef ir-rabja tal-għalliema tas-sewqan wara d-deċiżjoni li jitwaqqfu mix-xogħol tagħhom fir-rush hour.
Stejjer oħrajn fil-ġurnal tal-lum jittrattaw l-abbozz ta’ liġi li ressqet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista biex jiġu protetti persuni li jagħtu l-għajnuna lil min ikun fil-periklu; il-verżjonijiet differenti tad-deputati tal-Gvern dwar il-feee-vote fuq affarijiet ta’ moralità, il-laqgħa li kellu l-Kap tal-PN mal-ħaddiema tal-partit u ta’ Media.link communications; u l-istorja ta’ Joe Mikallef dwar dak li qed isejjaħ lilu nnifsu artist meta pinġa graffiti ma’ blat fuq il-Wied tal-Kantra, fix-Xlendi f’Għawdex.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi politika tal-MEP David Casa, ta’ Justin Schembri u Mark Anthony Sammut; u artiklu interessanti ta’ Vanessa Mizzi b’riflessjonijiet dwar il-bidu ta’ sena skolastika ġdida.
//= $special ?>