L-Unjoni Ewropea, l-Erbgħa ħabbret pjan biex jiddaħħlu 50,000 immigrant direttament mill-Afrika, il-Lvant Nofsani u t-Turkija.
Dan fi sforz li tnaqqas il-vjaġġi bil-baħar lejn l-Ewropa.
Il-proposta tinkludi li jiddaħħlu refuġjati f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea tul is-sentejn li ġejjin. Dan skont l-iskema li kienet kixfet il-Kummissjoni Ewropea fl-2015 fl-eqqel tal-kriżi tal-immigrazzjoni.
Dimitris Avramopoulos, il-Kummissarju Ewropew għall-Immigrazzjoni, qal li l-UE trid toffri alternattivi konkreti għall-vjaġġi perikolużi fil-Mediterran.
Pjan biex jiddaħħlu direttament 50,000 immigrant fl-UE
