Bayern Munich ħabbru li keċċew lill-kowċ Carlo Ancelotti wara t-telfa li sofrew tard l-Erbgħa filgħaxija kontra PSG.
Il-Franċiżi rebħu l-konfront validu mill-fażi tal-gruppi taċ-Champions League bi skor ta’ 3-0. Din kienet l-agħar telfa li sofrew Bayern f’dawn l-aħħar 21 sena f’logħba mill-fażi tal-gruppi taċ-Champions League.
Barra minn hekk, Bayern ma tantx kellhom bidu pożittiv fil-Bundesliga u qegħdin fit-tieni post tal-klassifika.
Ancelotti kellu kuntratt li jorbtu mat-tim sal-2019 imma issa din l-avventura tiegħu maċ-champions Ġermaniżi ġiet fi tmiemha. Ancelotti beda jmexxi lil Bayern Munich qabel l-istaġun li għadda meta dakinhar kien ħa post Pep Guardiola.
//= $special ?>