Lokali

FILMAT: Dun George Grima jingħata l-aħħar tislima

Il-Katavru tiegħu espost għall-pubbliku fil-Knisja ta' San Ġakbu fir-Rabat Għawdex

Ritratti: Joe Francalanza

Bħalissa il-missjunararju Dun George Grima li nhar it-Tnejn tħabbret il-mewt tiegħu qed jingħata l-aħħar tislima f’Għawdex.

Fit-3:15p.m. il-katavru ta’ Dun George mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex twassal fil-Knisja ta’ San Ġakbu fir-Rabat Għawdex stess fejn hemm kien espost għall-pubbliku.

Fil-5p.m. tibda l-quddiesa sabiex Dun George jingħata l-aħħar tislima. Il-funeral se jixxandar live permezz ta’ dan il-link mill-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex.

Dun Ġorġ Grima li miet fl-eta’ ta’ 67 sena għal diversi snin wettaq xogħol missjunarju madwar id-dinja, fosthom il-Brażil u l-Albanija.

Fl-aħħar ġranet ta’ ħajtu, Dun Ġorġ kien rikoverat l-isptar minħabba l-operazzjoni tal-bypass.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia waqt il-funeral ta’ Dun George Grima f’Għawdex