Il-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin ħabbar li se jkun qed jieqaf mit-tmexxija tat-tim nazzjonali Malti wara ż-żewġ logħbiet tal-ġimgħa d-dieħla kontra l-Litwanja u s-Slovakkja. F’kummenti ma’ Net Sports, Ghedin xtaq jirringrazzja lil dawk kollha li ltaqa’ magħhom f’din l-esperjenza li wasslet biex it-Taljan hu l-aktar kowċ li mexxa t-tim nazzjonali b’total ta’ 70 logħba.
Ghedin qal li ħa din id-deċiżjoni għaliex jemmen li n-nazzjonal għandu bżonn motivazzjoni ġdida u ddeskriva l-esperjenza bħala snin fantastiċi. Ghedin kompla jgħid li Malta tista’ titjieb aktar fil-futur iżda appella biex kulħadd ikun magħqud.
Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti kkonferma li din id-deċiżjoni waslet bi qbil reċiproku mal-Malta Football Association. Chetcuti tenna l-apprezzament tiegħu għax-xogħol li Ghedin wettaq f’dawn is-snin, iżda saħaq li l-konċentrazzjoni għandha tkun fuq il-logħbiet li ġejjin biex Ghedin ikollu tmiem feliċi.
I
//= $special ?>