Ħidma li saret mill-CABS, l-Kumitat ta’ kontra l-qtil tal-għasafar, qalet li qabdet mal-10 każijiet ta’ nsib illegali tal-għasafar.
B’rabta ma’ din l-illegalita’ żewġt irġiel mistennija jitressqu l-Qorti.
Il-CABS qalet dan permezz ta’ stqarrija li fiha semmiet kif il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja mistennija tiddeċiedi f’qasir żmien dwar l-insib għall-għasafar tal-għana. Iżda sadanittant in-nassaba qed ikomplu jaqbdu għasafar protetti qalet il-CABS fl-istqarrija tagħha.
Fl-aħħar sitt ġimgħat membri tal-kumitat għamlu investigazzjoni biex isiru jafu x’tip ta’ nsib qed isir fuq għasafar li jpassu minn fuq pajjiżna u sabu, minkejja li l-istaġun magħluq, 10 siti fejn fihom qed isir insib illegali b’numru ta’ oġġetti tal-insib bħal xbiki li jirriżulta li ilhom hemm minn nofs Awwissu.
Skont il-CABS is-siti tal-insib nstabu l-aktar fin-naħa t’isfel ta’ Malta fosthom fiż-Żurrieq u f’Ħal Safi. Skont uffiċjal tal-CABS Fiona , qed jintużaw tagħmir biex jattira l-għasafar magħrufa aħjar bħala bird callers.
Fl-istqarrija jingħad anke li f’dawn l-aħħar 3 snin il-ħidma tal-CABS waslet biex tressqu mal-21 persuna l-Qorti akkużati b’insib illegali u li weħlu multi ta’ madwar €500 sa €700 u total ta’ 16-il liċenzja tneħħew lil nassaba fuq ordni tal-Qorti.
Il-CABS issostni li tara differenza fil-mod kif ikunu trattati dawn it-tip ta’ illegalitajiet f’Malta meta mqabbel ma’ f’Għawdex. Skont il-CABS f’Għawdex min jinqabad jagħmel insib illegali jeħel anqa f’multi. Hawn isemma’ kif jinsabu xxokjati kif fil-Qorti t’Għawdex numru ta’ persuni li tressqu fuq insib illegali nħelsu minn kull akkuża mnkejja li l-CABS pprovdiet filmati li juri l-insib isir mill-persuni mressqa, meta l-istaġun ikun magħluq.
//= $special ?>