Futbol Sport

Il-Kowċ tat-tim nazzjonali Pietro Ghedin mhux se jkompli

F’konferenza tal-aħbarijiet li qed tindirizza l-MFA, tħabbar li l-kowċ tat-tim nazzjonali Pietro Ghedin se jispiċċa mill-kariga.

Hu se jkompli bħala kowċ tat-tim nazzjonali għaż-żewġ partiti li jmiss tat-tim nazzjonali, b’hekk l-aħħar partita se tkun dik kontra s-Slovakkja fit-8 ta’ Ottubru. Qabel se jkun hemm il-partita kontra l-Litwanja.

Ghedin ħabbar dan waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Malta Football Association – 1900 li qed issir f’lukanda f’San Ġiljan.

Dan ifisser li Ghedin mhux se jkollu l-kuntratt tiegħu mmġedded u f’Novembru, meta Malta se tkun qed tilgħab partita ta’ ħbiberija, se jkollha kowċ nazzjonali ġdid li bil-probabiltà kollha mistenni jkun barrani u li l-isem tiegħu għad irid ikun żvelat.