‘Il fuq minn 20 immigrant kienu salvati waqt li tifla li kienet magħhom tilfet ħajjitha ftit tal-ħin wara u wara li d-dgħajsa li l-immigranti kienu qed ibaħħru biha għerqet waqt vjaġġ mill-kosta tat-Turkija.
Il-gwardjani tal-kosta Griegi qalu li bastiment tal-aġenzija Ewropea Frontex, għall-bidu, kienet ġabret sitt persuni mill-baħar ‘il hinn mill-gżira Griega ta’ Kastellorizo. Intant, it-tifla kellha disa’ snin ittieħdet tiġri lejn l-isptar tal-gżira iżda kienet iddikjarata mejta ftit tal-ħin wara.
Mijiet ta’ immigranti u refuġjati għadhom sallum jaqsmu bil-baħar lejn il-Greċja minkejja li l-kampijiet għal dawn in-nies fit-territorju Grieg jinsabu ffullati għall-aħħar, fost il-kundizzjonijiet tal-għajxien ħżiena.
Immigranti salvati fil-Greċja… tifla titlef ħajjitha


