Lokali

In-Nazzjon 28.09.2017

In-Nazzjon fl-ewwel paġna jippubblika ritratt tal-ewwel laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li mexxa Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. L-istorja ewlenija tal-ġurnal tittratta s-serqa li seħħet f’Lulju li għadda mill-Kolleġġjata ta’ Bormla u kif l-oġġetti sagri għadhom ma ġewx ritornati lill-Kolleġġjata.

 

Il-ġurnal isegwi wkoll dak li qiegħed jiġi nnutat mill-kaċċaturiu stess fl-istaġun  tal-kaċċa, hekk kif il-Pulizija  qed tkun passiva quddiem kaċċaturi irresponsabbli.

Żewġ paġni fil-ġurnal jittrattaw stejjer mill-Parlament Ewropew, b’rapport dettljat tad-dibattitu li sar fil-Kumitat PANA li akkuża lil uffiċjali tal-UEFA u tal-FIFA li mhux qed jiġġieldu l-evażjoni tat-taxxa u li b’dan in-nuqqas tagħhom qed jiffaċitaw sistema korrotta. Ilbieraħ ukoll fil-Parlament Ewropew sar dibattitu fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tat-Turiżmu, bil-President Antonio Tajani jappella biex ningħaqdu u nippromovu lill-Ewropa nfisha bħala destinazzjoni.

Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi politika ta’ Angelo Micallef u ta’ Antonello Cuschieri.