L-awtoritajiet fil-kapitali Baku bdew offensiva qalila fuq il-komunità tal-LGBTIQ f’din il-belt, fost rapporti li, fl-aħħar għaxart ijiem, għexieren ta’ omosesswali u transesswali spiċċaw arrestati. Fil-fatt, talanqas raġel li kien ikkuntattjat mis-sorsi tal-media barranin qalilhom li hu kien spiċċa msawwat taħt idejn il-pulizija Ażera.
L-omosesswalità hi legali fl-Ażerbajġan iżda kienu żvelati talanqas 60 każ fejn nies tal-LGBTIQ spiċċaw ikkundannati għal 20 jum ħabs inkella multati bħala parti mill-‘offensiva’. In-nies partikulari li kienu għadhom miżmumin il-ħabs sal-bieraħ, intant, kienu akkużati li rreżistew id-direttivi tal-pulizija.
Offensiva fuq il-komunità LGBTIQ fl-Ażerbajġan


