Il-kummissjoni tad-dixxiplina tal-Malta Football Association ilbieraħ issospendiet ħames plejers mill-kampjonat Premier u ħames plejers oħra mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.
Edward Calleja ta’ Tarxien Rainbows u George Attard ta’ Senglea Athletic kienu sospiżi żewġ logħbiet kull wieħed, filwaqt li tliet plejers oħra kienu sospiżi logħba kull wieħed.
Dawn huma Serrano Valero ta’ Balzan, Clyde Borg ta’ Floriana, u Tyrone Farrugia ta’ Mosta.
Mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni l-iktar plejer milqut kien l-attakkant ta’ Pieta Hotspur Lawrence Chiedozie li tkeċċa fil-logħba kontra Pembroke u li lbieraħ kien sospiż tliet logħbiet.
Erba’ plejers oħra kienu sospiżi logħba kull wieħed. Dawn huma Benjamin Essel ta’ Marsa, David Muscat ta’ Sirens, Clayton Giordemaina ta’ Zejtun Corinthains u Kurt Borg ta’ Żabbar St.Patrick.
//= $special ?>