Ekonomija Internazzjonali

Theddida ta’ azzjoni legali għar-Ryanair fir-Renju Unit

Il-linja tal-ajru Ryanair qed tkun mhedda b’azzjoni legali talli ‘qed tqarraq b’mod konsistenti bil-passiġġieri’ rigward id-drittijiet tagħhom. Dan wara eluf ta’ każi fejn it-titjiriet kellhom jitħassru.
L-Awtorità għall-Avjazzjoni Ċivili qalet li bdiet ‘enforcement action’ kontra Ryanair li hu l-ewwel pass lejn azzjoni tal-qorti.
Ingħad ukoll li l-kumpannija Ryanair kienet żbaljata meta qalet li ma kellhiex għalfejn titrasferixxi lill-passiġġieri għal-linji tal-ajru rivali taħt is-sistema magħrufa bħala re-routing.
L-azzjoni seħħet wara li Ryanair ħassret madwar 18,000 titjira addizzjonali.
L-ammont ġdid ta’ titjiriet imħassrin jaqgħu bejn Novembru u Marzu, b’dawn anki qed jaffettwaw ‘il-pjani għall-ivvjaġġar’ ta’ xi 400,000 klijent ieħor ta’ Ryanair.
Is-CAA sostniet li l-informazzjoni ipprovduta fuq il-websajt ta’ Ryanair naqset milli tiċċara li l-linja tal-ajru kienet obbligata li tirrifonda l-ispejjeż kollha li rriżultaw b’riżultat tal-flight cancellation — bl-ispejjeż ikunu marbuta mal-ikel, il-lukandi u l-ispejjeż tat-transfers għar-re-routing tal-passiġġieri għal linji oħra tal-ajru fejn ma nstabux alternattivi.