Lokali

AĠĠORNATA: Ajruplan tal-Air Malta jirritorna lura Malta ftit minuti wara t-tluq

Ajruplan tal-Air Malta li dalgħodu telaq minn Malta fit-7:50a.m. lejn Amsterdam, irritorna lura Malta ftit tal-ħin wara.

Passiġġiera li tkellmu ma’ Net News qalulna li l-membri tal-ekwipaġġ infurmawhom li l-ajruplan kellu “problemi tekniċi”.

L-Air Malta fi stqarrija qalet li bħalissa enġiniera qed jagħmlu t-tiswijiet neċessarji biex l-ajruplan jerġa’ jibda jaħdem mill-aktar fis.

L-Air Malta qalet li l-passiġġiera li kienu fl-ajruplan fil-ħin tat-titjira lejn Amsterdam, ħallew Malta b’ajruplan ieħor fis-12:40p.m. waqt li ngħataw l-għajnuna neċessarja.

Kawża ta’ dan l-Air Malta avżat li xi titjiriet oħrajn tal-linja nazzjonali jista’ jkollhom xi dewmien fit-tluq.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.