Fl-aħħar siegħa fiż-żona tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta żviluppa traffiku kbir li skont persuni li tkellmu ma’ Net News wassal biex “piloti u passiġġiera kellhom jimxu biex ilaħqu l-ajruplan”.
Il-Persuni li tkellmu ma’ Net News qalulna li t-toroq li jagħtu lejn l-ajruport jinsabu mblukkati bit-traffiku. Dan wassal biex ħafna passiġġiera u nkluż piloti kienu qed jaslu tard għat-titjiriet. Kien affetwati wkoll passiġġiera li kienu għadhom kif waslu Malta. Kien hemm ukoll passiġġiera li saħansitra tilfu t-titjira.
Ir-raġuni għal dan it-traffiku hi minħabba xogħolijiet li qed isiru fejn it-terminal tal-ajruport.
Ix-xogħolijiet li kienu tħabbru mill-Ministru Ian Borg kellhom ikunu lesti sal-aħħar tas-sajf.
Il-Persuni li tkellmu ma’ Net News ħeġġew in-nies biex jevitaw iż-żona.
