Internazzjonali

Zuckerberg jiċħad allegazzjonijiet ta’ Donald Trump

Il-fundatur ta’ Facebook Mark Zuckerberg ċaħad kummenti tal-President Amerikan Donald Trump li s-sit elettroniku Facebook dejjem ħadem kontrieh.

F’kumment li għamel fuq Twitter, Trump ittimbra lil facebook bħala “kontra Trump” waqt li kompla jgħid li dan is-sit kien f’konfoffa ma’ ġurnali Amerikani li kienu kontra l-amministrazzjoni tiegħu.

Intant fil-jiem li ġejjin Facebook se jgħaddi aktar minn tliet elef riklam politiku lill-kumitat tal-Kungress Amerikan li qed jinvesta l-allegat indħil Russu fl-aħħar elezzjonijiet presidenzjali Amerikani.