Lokali

Adrian Delia jibgħat l-awgurju lil Angela Merkel

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’ittra bagħat l-awgurju tiegħu lill-Kanċillier Angela Merkel wara li mill-ġdid kisbet il-maġġoranza fl-elezzjoni ġenerali tal-Ġermanja.

Fl-ittra tiegħu Adrian Delia qal li kien ta’ pjaċir li l-Partit Nazzjonalista organizzat fil-bidu ta’ din is-sena l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew (PPE), u l-Partit dejjem żamm fil-qrib il-ħbiberija mal-Partit CDU. Il-Partit li dejjem ħadem u żgur se jibqa’ jaħdem għall-għaqda, l-unjoni u progress fl-Unjoni Ewropea u kif ukoll fil-kontinent Ewropew.

Il-Kap tal-PN qal li din ir-rebħa u t-tmexxija soda fil-Ġermanja se ġġib tmexxija tajba mhux fil-pajjiż iżda anke fl-UE. Dan se jkun kruċjali biex l-Ewropa taffaċċja l-isfidi li l-Ewropa qed tħares.

Adrian Delia qal li jittama li fil-futur qarib jiltaqa’ ma’ Merkel, b’possibiltà li jagħmel dan fis-Summit li jmiss tal-PPE fi Brussel.