Internazzjonali

L-attriċi Julia Louis-Dreyfus tiżvela li għandha kanċer tas-sider

Julia Louis-Dreyfus

L-attriċi Julia Louis-Dreyfus, li ftit tal-ġranet ilu rebħet Emmy Award ieħor bħala l-istilla tas-sensiela komika għat-televiżjoni ‘Veep’, ħabbret, b’messaġġ fuq il-media soċjali, li qed tbati minn kanċer tas-sider.
Il-messaġġ jaqra: ‘waħda minn kull tmienja jimirdu bil-kanċer tas-sider u llum kellu jmiss lili’. Intant, Louis-Dreyfus esprimiet apprezzament ‘għall-fatt li hi għandha grupp mill-aqwa ta’ qraba u ħbieb li qegħdin jagħtuha kull appoġġ possibbli’.
L-attriċi, li għandha 56 sena, dan ix-xahar rebħet is-sitt Emmy Award konsekuttiv tagħha (li hu rekord) bħala l-Aħjar Attriċi f’Parti Prinċipali, għar-rwol tagħha f’’Veep’.