Rapport: Keane Cutajar
BALZAN…………4
LIJA………….……3
Balzan: I. Janjusevic, S. Bezzina, M. Johnson, A. Effiong, U. Ljubomirac, R. Fenech, S. Arab, C. Brincat (B. Kaljevic 46’), P. Fenech, C. Mendes (M. Lepovic 88’, A. Da Paixao Alves (J. Borg 90+2).
Lija: L. Bonnici, P. Babic (P. Borg 71’), L. Muscat, D. Scerri, E. Beu, LJ Schembri (A. Galea 88’), A. Borg (C. Cassar 45’), A. Bello Osagioe, McA. Clinch, O. Sidibe, D. Leeflang.
Imwissija: C. Brincat 18’, A. Da Paixao Alves 63’, M. Johnson 76’ (B) O. Sidibe 51’, D. Scerri 68’, McA. Clinch 73’, A. Bello Osagie 90+4 (L)
Skorjaw: R. Fenech 11’, B. Kaljevic 52’, 69’, A. Effiong 87’ (B) E. Beu 20’, LJ. Schembri 25’, A. Bello Osagie 59’ (L)
Referee: Laurent Kopriwa (Lussemburgu)
Assistenti Referees: Gilles Becker, Claude Ries (Lussemburgu)
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Ryan Fenech (Balzan)
F’logħba li offriet xejn inqas minn seba’ gowls, rajna lil Balzan jegħlbu lir-rivali Lija b’gowl fl-aħħar ftit minuti. Balzan kienu fuq l-offensiva għal maġġoranza tal-partita iżda Lija wrew grinta u kellhom il-mumenti tajbin tagħhom f’logħba li setgħet marret kull naħa.
Marko Micovic għamel żewġ tibdiliet mill-aħħar logħba tiegħu fejn fost l-oħrajn irritorna Paul Fenech li kien ukoll mogħti l-faxxa tal-captain. Bojan Kaljevic daħal fil-bidu tat-tieni taqsima. Fuq in-naħa l-oħra Joseph Galea għamel bidla waħda fejn irritorna bejn il-lasti Luke Bonnici. Sfortunament Lija kellhom jagħmlu sostituzzjoni sfurzata f’nofs l-ewwel taqsima wara li weġġa’ Antoine Borg li ttieħed l-isptar b’ambulanza.
L-ewwel azzjoni denja sarfet f’gowl għal Balzan wara ħdax-il minuta, meta Ryan FENECH għadda tajjeb minn mad-difensuri ta’ Lija qabel qabeż lill-gowlkiper u tefa’ fix-xibka.
Wara 19-il minuta logħob, Lija ġabu id-draw permezz ta’ Erjon BEU b’penalty mill-isbaħ fl-anglu wara li Clive Brincat iffawlja fil-kaxxa. LeeJoe SCHEMBRI tefa’ lil Lija fil-vantaġġ fil-25 minuta logħob wara li daħal tajjeb fil-kaxxa qabel tefa’ wara Janjusevic.
Sidibe iffawlja lil Fenech fil-kaxxa fil-51 minuta u Balzan ġabu d-draw mill-ħdax-il metru b’penalty tajjeb tas-sostitut Bojan KALJEVIC.
Lija reġgħu marru fil-vantaġġ fid-59 minuta wara azzjoni mill-isbaħ fejn Schembri daħal tajjeb minn mal-linja xellugija, qassam lil Beu li waqqa’ lura lejn Abubakar BELLO OSAGIE li venven xutt mill-isbaħ fil-baxx fl-anglu tax-xibka difiża minn Janjusevic.
Balzan reġgħu ġabu d-draw għaxar minuti wara, meta Samir Arab ta kross perfett minn tliet kwarti grawnd lejn Ryan Fenech li sab ruħu f’pożizzjoni tajba fil-kaxxa li kien pront qaleb il-logħob lejn KALJEVIC li spara fix-xibka.
Balzan rebħu l-partita tliet minuti mit-tmiem b’daqqa ta’ ras mhux daqstant b’saħħitha ta’ Alfred EFFIONG minn ġewwa l-kaxxa ż-żgħira wara kross tajjeb minn naħa xellugija, li d-difensuri ta’ Lija naqsu milli jbiegħdu l-periklu.
//= $special ?>