It-tieni ġurnata tal-UEFA Europa League kompliet il-ġimgħa pożittiva għat-timijiet Taljani hekk kif wara t-tliet rebħiet fiċ-Champions League, Milan u Lazio rebħu filwaqt li Atalanta kisbu draw pożittiv.
Milan għelbu lil Rijeka 3-2 f’San Siro. Huma dehru resqin lejn rebħa komda b’gowls minn Andrè Silva fid-disa’ minuta u Mateo Musacchio fit-53 minuta. Iżda wara li Rijeka naqsu d-distakk fl-84 minuta minn Boady Acosty, ġabu d-draw fid-90 minuta minn penalty ta’ Josip Elez. Iżda Patrick Cutrone rnexxielu jiskorja l-gowl tar-rebħa lejn it-tmiem.
Lazio rebħu wkoll f’darhom 2-0 kontra Zulte Waregem. Felipe Caicedo fetaħ l-iskor fit-18-il minuta, biex l-attakkant Ciro Immobile għalaq il-logħba fid-90 minuta.
Fi Franza, gowl ta’ Alejandro Gomez fis-57 minuta, ta punt prezzjuż lil Atalanta biex ikkanċella l-gowl tal-vantaġġ ta’ Bertrand Traore fil-45 minuta.
Arsenal rebħu 4-2 fil-Belarus. Huma kienu 3-0 sal-ewwel 25 minuta b’doppjetta ta’ Theo Walcott u Rob Holding.
Andrè Schembri daħal bħala sostitut fid-draw ta’ 2-2 li Apollon Limassol kisbu kontra Everton.
Ir-riżultati kollha
Grupp A
Astana v S. Praga 1-1
M. Tel Aviv v Villarreal 0-0
Grupp B
P. Belgrade v D. Kiev 2-3
Skenderbeu v Y. Boys 1-1
Grupp Ċ
Braga v I. Basaksehir 2-1
Ludogorets v Hoffenheim 2-1
Grupp D
Milan v Rijeka 3-2
AEK Athens v A. Vienna 2-2
Grupp E
Everton v A. Limassol 2-2
Lyon v Atalanta 1-1
Grupp F
Sheriff v Copenhagen 0-0
L. Moscow v Zlin 3-0
Grupp G
Lugano v S. Bucharest 1-2
V. Plzen v H. Beer Sheva 3-1
Grupp H
BATE Borisov v Arsenal 2-4
Cologne v R.S. Belgrade 0-1
Grupp I
Konyaspor v Vitoria 2-1
Salzburg v O. Marseille 1-0
Grupp J
A. Bilbao v Zorya 0-1
Oestersunds v H. Berlin 1-0
Grupp K
Lazio v Z. Waregem 2-0
Nice v Vitesse 3-0
Grupp L
Rosenborg v FK Vardar 3-1
Zenit v R. Sociedad 3-1
//= $special ?>