Lokali

Eletti l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Waqt elezzjoni lbieraħ, il-kunsilliera lokali tal-Partit Nazzjonalista eleġġew il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista li se jikkontestaw l-elezzjonijiet biex ikunu maħtura l-Presidenti tar-Reġjuni fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-kandidati eletti huma Graziella Galea fuq lista ġenerali, Samuel Azzopardi għal President tar-reġjun ta’ Għawdex, Anthony Mifsud għal President tar-reġjun tat-Tramuntana, u Michael Fenech Adami għal President tar-reġjun taċ-Ċentru.

F’din l-elezzjoni ħadu sehem kunsilliera lokali oħra li ma ġewx eletti: Alan Abela Wadge, Ivan Bartolo, James Cauchi, Anthony Mifsud, Anthony Chircop, Stefan Cordina u Paul Radmilli.