L-eks Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis jaħrab mid-domandi ta’ Net News – u jistqarr li jappoġġja lill-Ministru responsabbli mill-Air Malta Konrad Mizzi fid-deċiżjonijiet tiegħu, anke għad-dikjarazzjoni tiegħu li jekk il-ħaddiema ma jikkollaborawx mal-Gvern, l-Air Malta tagħlaq u terġa’ tiftaħ b’ħaddiema ġodda minflok dawk li hemm illum.
Dan il-kliem ta’ theddid mill-Ministru Konrad Mizzi ġie rrappurtat minn diversi siti tal-aħbarijiet:
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Partit Laburista dwar l-ewwel mitt jum tal-Gvern – il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef u d-Deputat Edward Zammit Lewis għal xi raġuni qabżu għal kollox is-suġġett tal-Air Malta u l-istat instabbli li tinsab fih. Għaldaqstant Net News staqsa lill-eks Ministru tat-Turiżmu dwar jekk jaqbilx mat-theddida ta’ Konrad Mizzi – iġifieri dik li l-ħaddiema tal-Air Malta jitkeċċew jekk ma jaqblux mal-Gvern, u minflokhom jidħlu ħaddiema ġodda. Edward Zammit Lewis qal li hu jaqbel u jappoġġja d-deċiżjonijiet tal-Ministru Konrad Mizzi:
Fl-aħħar jiem l-Air Malta ilha għal żmien twil fil-mira ta’ kontroversji kbar wara li s’issa għadu ma nstabx sieħeb strateġiku għal-linja nazzjonali tal-ajru, u lanqas għadu ma ntleħaq ftehim mal-Unions tal-ħaddiema tal-Air Malta.
Għall-kliem tal-Ministru Konrad Mizzi li jattwa għal skontu dak li hu jsejjaħ Pjan B – iġifieri li jkeċċi lill-ħaddiema u jdaħħal oħrajn minflokom jekk ma jaqblux mal-Gvern – tkellmu numru ta’ entitajiet fosthom l-UĦM Voice of the Workers u l-Partit Nazzjonalista li ħarġu kontra t-theddida lill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom.
Aqra aktar dwar x’qal Konrad Mizzi hawn:
//= $special ?>FILMAT: Konrad Mizzi jirrepeti t-theddida li tagħlaq l-Air Malta