Formula 1 Sport

Il-Grand Prix taċ-Ċina konfermat għal tliet snin oħra

Il-Grand Prix taċ-Ċina ilu jsir mill-2004

Il-Grand Prix taċ-Ċina se tibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 għal tliet snin oħra, wara li l-President u Kap Eżekuttiv tal-Formula 1 Chase Carey ħabbar dan il-ftehim. Hu qal li ċ-Ċina wera interess kbir għal dan l-isport u jemmen li hemm aktar potenzjal li għadu ma kienx magħruf.

Minkejja li se jibqa’ jkun inkluż, mis-sena d-dieħla se tinbidel id-data hekk kif se timxi b’ġimgħa flok il-Grand Prix tal-Bahrain. Carey qal li dan il-ftehim jagħmel parti mill-istrateġija ta’ żvilupp speċjalment fl-asja.

L-ewwel Grand Prix saret fl-2004 u l-Grand Prix ta’ din is-sena ntrebħet minn Lewis Hamilton qabel Sebastian Vettel u Max Verstappen. Il-Britanniku tal-Mercedes għandu r-rekord ta’ rebħiet f’dan iċ-ċirkwit b’total ta’ ħames rebħiet.