L-Avukat Ġenerali tal-Libja, Siddiq al-Sour, qal li ħarġu l-mandati għall-arrest ta’ ’il fuq minn 830 ġellied suspettat tal-ISIS f’dan il-pajjiż Afrikan.
Madwar ħamsin mandati oħra għall-arrest se jingħataw lill-aġenzija tal-Interpol għal persuni suspettati bħala ġellieda tal-ISIS li qegħdin jgħixu barra l-Libja.
Siddiq al-Sour żvela dan waqt konferenza tal-aħbarijiet u sostna li din il-lista kienet imfassla wara interrogazzjoni ta’ membri tal-ISIS suspettati f’diversi bliet Libjani.
Il-ġellieda tal-ISIS stazzjonaw ruħhom mill-ġdid fin-Nofsinhar tal-Libja mindu, f’Diċembru, il-grupp tal-ġiħadisti tkeċċa mill-fortizza ta’ Sirte, mal-kosta tal-Mediterran, wara xhur ta’ battalji ħorox.
Il-Libja toħroġ lista ta’ 830 membru tal-ISIS li huma mfittxija


