Raġel ta’ 59 sena minn Sri Lanka u residenti Birżebbuġa, sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq trakk.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u kwarti fi Triq Manwel Dimech f’Ħal Qormi.
Il-Pulizija mid-Distrett marru immedjatament fil-post fejn minn stħarriġ li sar irriżulta li raġel weġġa’ meta waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 59 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard huwa kien ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>