Bulgaru ta’ 50 sena weġġgħa gravi wara li waqgħu xi ċangaturi fuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħodu fi Triq Tal-Ibraġ, is-Swieqi
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari, irriżulta li r-raġel, indarab waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fl-istess sit.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>