Bħala parti minn Science in the City, festival tax-xjenza u l-arti li ser ikun qed isir fid-29 ta’ Settembru fil-Belt Valletta, ser tkun qed issir attività bl-isem ta’ Science in the House.
L-għan tal-ħames edizzjoni ta’ dan l-avveniment huwa li nlaqqgħu riċerkaturi mill-Università ta’ Malta mal-membri parlamentari sabiex filwaqt li ikunu iktar informati dwar x’inhu għaddej fil-kamp tax-xjenza, flimkien jikkontrubwixxu għal futur xjentifiku aħjar.
L-avveniment annwali huwa prodott ta’ riċerkaturi żgħażagħ u dan jorbot mat-tema għal din is-sena. Ir-riċerkatura tal-lum tifforma x-xjenza t’għada. Huwa propju għalhekk li r-riċerka xjentifika tingħata għad-diskussjoni ta’ Membri Parlamentari.
Il-manager għal dan il-proġett, Edward Duca, spjega kif din l-attivita’ hija importanti ħafna għal Malta hekk kif hemm bżonn li nuru li x-xjenza mhix biss it-teknoloġija iżda tidħol f’diversi qasam fil-ħajja, fosthom is-saħħa tan-nies. B’hekk l-iskop wara dan il-festival huwa b’mod speċjali biex jikber l-ispazju għar-riċerka u biex jiġu mħajra ż-żgħażagħ u tfal biex jifhmu u japprezzaw dan il-qasam ta’ studju. Dan hekk kif għad hemm percentaġġ baxx ta’ studenti li jgħażlu dan il-qasam.
//= $special ?>