Rapport: Keane Cutajar
HIBERNIANS…………1
NAXXAR L……..……..1
Hibernians: A. Hogg, D. Vella, M. Kreuzriegler, R. Gomes (J. Bezzina 63’), R. Soares, M. Dias, B. Kristensen (J. Degabriele 72’), C. Failla, A. Agius, M. Sahanek, J. Elias Dos Santos
Naxxar: C. Nicht, SJ. Fenwick, R. Grech (M. Fenech 69’), D. Falzon (G. Nagaoka 74’), D. Bonnici, J. Debono, D. Bustos (R. G. Cassar 84’), A. Buahgiar, N. Elhadji Ousseynou, A. Cascaval, A. Mendy
Imwissija: R. Gomes 16’, A. Agius 47’ (H) A. Buhagiar 48’, C. Nicht 88’ (N)
Tkeċċa: A. Mendy 77’ (N)
Skorjaw: SJ. Fenwick 7’, J. Elias Dos Santos 26’ (N)
Referee: Sandro Spiteri
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri, William Debattista
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Christoph Nicht (Naxxar Lions)
Attendenza: 555
Naxxar irnexxielhom iżommu lil Hibernians draw f’logħba li Hibernians iddominaw. Hibernians fallew ħafna ċansijiet u kienu traskurati quddiem il-lasti ta’ Naxxar.
Għal Hibernians beda mill-bidu Dunstan Vella filwaqt li għal Naxxar irritorna Ndoye Elhadji Oussenyou bit-tnejn imsemmija jilagħbu quddiem id-difiża rispettiva tagħhom. Scott James Fenwick skurja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Naxxar.
Christoph Nicht, il-gowlkiper ta’ Naxxar kien strumentali f’kull ħarġa tiegħu u kull meta ġie ballun lejn il-lasti Naxxarin, irnexxielu jżomm kull periklu barra il-lasti tal-ħomor. Naxxar lagħbu l-aħħar kwarta tal-partita bi plejer inqas wara li tkeċċa Arnoud Mendy għat-tieni karta safra.
Naxxar fetħu l-iskor fis-seba’ minuta wara żball ta’ Garcia Gomes li prova jilgħab il-ballun lura lejn Hogg, passaġġ li ġie milħuq minn Scott James FENWICK qabel seta’ jilħaq Hogg u llobja bir-ras minn fuq il-gowlkiper ta’ Hibernians.
Naxxar ġabu d-draw fis-26 minuta b’azzjoni simili tal-gowl ta’ Hibernians meta kien Buhagiar li żbalja fil-passaġġ tiegħu lura lejn il-gowlkiper tiegħu b’Failla jilħaq qabel Nicht jolqot il-mimduda. Il-ballun waqa’ għand Jorge Elias DOS SANTOS li tefa’ f’lasta vojta. Fit-38 minuta Darren Falzon ġie imċaħħad b’save stupend ta’ Andrew Hogg wara xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa.
Mat-tokki ta’ tmiem l-ewwel taqsima. Hibernians kellhom gowl imħassar kontroversjalment. Hekk kif deher jidħol ballun ieħor fil-grawnd fil-kaxxa ta’ Naxxar, Sahanek daħal fil-kaxxa u qassam lejn Dunstan Vella li spara fl-anglu. Sandro Spiteri ħassar il-gowl minħabba li fil-grawnd kien hemm żewġt iblalen fil-mument tal-azzjoni. Din id-deċiżjoni xejn ma niżlet tajjeb mal-istaff tekniku, plejers u partitarji ta’ Hibernians.
Hekk kif bdiet it-tieni taqsima, Bustos kellu freekick minn barra l-kaxxa salvat tajjeb minn Hogg. Hibernians resqu viċin fil-65 minuta meta freekick tas-sostitut Johann Bezzina ġie mxellef u għal ftit ma qarraqx bil-gowlkiper Naxxari bil-ballun iħakkek mal-wieqfa. Fl-aħħar kwarta tal-partita Hibernians tellgħu attakk wara l-ieħor iżda naqsu milli jkunu prolifiċi quddiem il-lasta.
//= $special ?>