Futbol Sport

Özil jitħalla barra mill-iskwadra Ġermaniża

Mesut Özil kien imweġġa' matul ix-xahar ta' Settembru

Il-midfielder ta’ Arsenal Mesut Özil hu wieħed mill-plejers regolari li tħalla barra mill-iskwadra Ġermaniża għaż-żewġ partiti li jmisshom kontra l-Irlanda ta’ Fuq u l-Ażerbajġan. Flimkien ma’ Özil, Mario Gotze u Sami Khedira se jitlef l-aħħar żewġ logħbiet tal-grupp, iżda Jerome Boateng u Leroy Sane se jirritornaw.

Özil lagħab ħames logħbiet ma’ Arsenal dan l-istaġun, u daħal bħala sostitut fit-83 minuta fir-rebħa tal-Gunners kontra West Bromwich Albion it-Tnejn li għadda, wara li sofra infjammazzjoni żgħira fl-irkoppa aktar kmieni dan ix-xahar.

“Hi aħbar sfortunata li uħud mill-aqwa plejers mhux se jkunu magħna. Nistenna li Mesut Ozil u Sami Khedira jirkupraw waqt din il-waqfa. Dak hu l-aktar importanti għalihom bħalissa. Li hu deċiżiv għalina hu li l-plejers ikunu 100% għas-sena d-dieħla,” qal Löw li għandu wkoll lil Manuel Neuer u lill-attakkant Mario Gomez.

Il-Ġermaniżi jinsabu fil-quċċata tal-grupp ta’ kwalifikazzjoni wara li rebħu t-tmien logħbiet tagħhom u jonqoshom punt mill-aħħar żewġ logħbiet biex jassiguraw posthom għat-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla.

Skwadra

Gowlkipers: Bernd Leno (B. Leverkusen), Marc-Andre ter Stegen (Barcelona), Kevin Trapp (PSG)

Difensuri: Jerome Boateng (B. Munich), Matthias Ginter (B. Monchengladbach), Mats Hummels (B. Munich), Joshua Kimmich (B. Munich), Shkodran Mustafi (Arsenal), Marvin Plattenhardt (H. Berlin), A. Rüdiger (Chelsea), N. Süle (B. Munich)

Midfielders: Julian Brandt (B. Leverkusen), Emre Can (Liverpool), Julian Draxler (PSG), Leon Goretzka (Schalke), Toni Kroos (R. Madrid), Sebastian Rudy (B. Munich), Leroy Sane (Man City), Amin Younes (Ajax)

Attakkanti: Thomas Müller (B. Munich), Lars Stindl (B. Monchengladbach), Sandro Wagner (Hoffenheim), Timo Werner (Leipzig)