Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara argument b’sikkina fil-Qawra

Arkivji

Raġel ta’ 31 sena mis-Serbja qed isofri ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta ta’ nofsilejl u għaxra kien involut f’argument b’sikkina ma’ raġel ieħor ta’ 37 sena mis-Serbja wkoll.

L-argument seħħ fi Triq il-Kavetta, il-Qawra.

Il-Pulizija mid-Distrett, flimkien mar-Rapid Intervention Unit, marru fuq il-post u sabu li wieħed mill-irġiel kien qed isofri ġrieħi serji. Iż-żewġt’irġiel jgħixu San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ta’ 31 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.