Futbol Sport

Silvio Vella jsejjaħ l-iskwadra nazzjonali proviżorja ta’ taħt il-21 sena

Silvio Vella (Ritratt: Domenic Aquilina)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 23 plejer għal partita ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew kontra l-Iżvezja li tintlagħab fl-10 ta’ Ottubru. Fost il-lista, Vella daħħal żewġ plejers ġodda li huma l-midfielder ta’ Żejtun Corinthians Neil Tabone u l-attakkant ta’ Mosta Zachary Brincat.

Iż-żgħażagħ Maltin sa issa kellhom bidu frustranti f’din il-fażi ta’ kwalifikazzjoni, hekk kif tilfu t-tliet logħbiet minn Grupp 6 li ntlagħbu kollha barra minn Malta, b’riżultat identiku ta’ 2-1.

Wara telfa kontra l-Belġju f’Marzu, it-tim Malti deher li seta’ jikseb il-punti, iżda fiż-żewġ okkażjonijiet kontra Ċipru u l-Ungerija, iż-żgħażagħ Maltin sofrew gowls fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima.

Il-gowls tat-tim Malti sa issa kienu skorjati mill-midfielder ta’ Birkirkara Jake Grech, mid-difensur ta’ Valletta Jean Borg u mill-winger ta’ Rangers Myles Beerman.

Wara li jilagħbu fl-Iżvezja, it-tim Malti ta’ taħt il-21 sena jilgħab l-ewwel logħba f’pajjiżna kontra t-Turkija fl-Istadium taċ-Ċentinarju fl-10 ta’ Novembru.

Skwadra proviżorja

Gowlkipers: Jake Galea (Ħamrun Spartans), Philip Schranz (Birkirkara), Matthew Grech (Floriana)

Difensuri: Jean Borg (Valletta), James Baldacchino (Floriana), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Nikolai Muscat (Gżira United), Dunstan Vella (Hibernians), Kurt Zammit (Birkirkara), Sean Cipriott (Tarxien Rainbows), Michele Sansone (Sliema Wanderers)

Midfielders: Myles Beerman (Rangers), Dexter Xuereb (Mosta), James Brincat (Tarxien Rainbows), Jake Grech (Birkirkara), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Zachary Scerri (Gżira United), Neil Tabone (Żejtun Corinthians)

Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians), Aidan Friggieri (St. Andrews), Joseph Mbong (Hibernians), Kyrian Nwoko (Valletta), Zachary Brincat (Mosta)