Il-President, Marie Louise Coleiro Preca, żaret il-ħanut ta’ Jacob, li wettaq il-ħolma tiegħu billi jiftaħ ħanut tal-kafe wara li fieq minn marda serja. Jacob kellu infezzjoni rari fil-moħħ (Meningoencephalitis).
Dan il-ħanut f’Marsaskala huwa ambjent fejn fih jinġabru persuni minn kull qasam tal-ħajja, iżda inizjattiva interessanti f’Jacob’s Brew hija dik tal-Pay it forward, fejn meta wieħed imur jieħu kafè, meta jħallas jingħata rċevuta b’timbru. L-għan hu biex meta tiltaqa’ ma’ xi persuna bi sfida jew diffikultajiet partikolori, tagħtih dik l-irċevuta u dak li jkun imur jieħu kafè f’dan l-ambjent sabiħ.
Interessanti wkoll li l-ħolma ta’ Jacob, li saret bl-għajnuna ta’ diversi persuni, qed tkompli tgħin ukoll diversi persuni oħrajn. Dan għaliex Jacob’s Brew jagħti donazzjonijiet biex ikompli jgħin persuni fil-bżonn.
Is-support tal-President f’din l-inizjattiva ifisser hafna għal Jacob għaliex iħoss li permezz ta’ dan il-President temmen fil-ħolma tiegħu li bdiet madwar tliet snin ilu.
Il-President mhux biss xtrat kafè għaliha iżda ukoll għal dawk li inzertaw żaru din il-kafetterija, filwaqt li pparteċipat fl-inizjattiva tal-Pay It Forward.
//= $special ?>