Fl-okkażjoni tal-għoxrin anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri (1997-2017) fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika L-Unjoni ta’ Ħal Luqa, ser tiġi organizzata Esebizzjoni Marjana bl-isem Mater Admirabillis bejn llejla il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru u l-Ħadd 1 t’Ottubru fis-sede tal-istess Soċjeta’, f’Palazz Sant’Andrija.
Din il-wirja se tkun qegħdha titgħella għall-ewwel darba fir-raħal ta’ Ħal Luqa, propju għall-festi tal-Madonna taċ-Ċintura u dik tar-Rużarju. Ser ikun hemm esebiti numru ta’ xogħolijiet artistiċi b’tema Marjana, fosthom pitturi u statwi ta’ artisti magħrufa sew fix-xena lokali , fosthom xogħlijiet ta’ Lecce ,Guiseppe Cali, Paolo Camilleri Cauchi, Enrico Arnaud, Giuseppe Hyzler, Manuel Farrugia, Carmelo Mallia, Antonio Mifsud u oħrajn.
Apparti hekk ġew mistiedna soċjetajiet u għaqdiet Mużikali li jiċċelebraw festi Marjani biex jieħdu sehem f’din l-esebizzjoni permezz ta’ standard jew bandalora tas-Soċjeta’ tagħhom li ġġib l-istemma jew xbieha tal-Verġni Marija (taħt kull titlu).
//= $special ?>