Ambjent Lokali

Żewġ għasafar protetti oħra jintlaqtu minn tiri

BirdLife Malta sabu żewġ għasafar protetti oħra li intlaqtu minn tiri. Ġie ikkonfermat li dawn it-tnejn mietu kawża tal-ġrieħi li ġarbu.

Dawn l-għasafar li ntlaqtu fl-istaġun tal-kaċċa jinkludu spanjulett u buqrajq u nstabu nhar l-erbgħa li għadda.

L-ispanjulett nstab fl-Imtarfa b’tir f’ġewnaħ filwaqt li il-buqrajq instab Birżebbuġa milqut fir-rix ta’ ġewnaħ.

Dan ifisser li l-istaġun tal-Kaċċa tal-ħarifa sa issa ħalla total ta 17-il għasfur protett mejjet. Dan huwa wieħed mill-agħar staġuni tal-kaċċa li esperjenzajna f’dawn l-aħħar snin sostniet il-Birdlife.