S’issa huma ħamsa l-Kandidati li tefgħu n-nomina tagħhom għall-elezzjoni każwali se ssir fis-seba’ distrett elettorali biex jimtela’ s-siġġu vakat minn Jean Pierre Debono.
Dan hekk kif fir-raba’ jum ta’ nomini, li jagħlqu għada, ippreżentaw lilhom infushom Antoine Borg u Ian Vassallo.
Jean Pierre Debono rriżenja mill-Parlament biex jagħmel spazju ħalli eventwalment il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jsir Membru Parlamentari u Kap tal-Oppożizzjoni.
Laqgħa li saret ftit tas-sigħat wara li saret magħrufa l-pożizzjoni ta’ Jean Pierre Debono, il-kumplament tal-Kandidati tal-Partit Nazzjonalista fid-distrett wegħdu li min minnhom ikun elett, iċedi s-siġġu immedjatament.
B’hekk, jiskatta l-proċess ta’ ‘co-option’, fejn il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jinnomina lil Adrian Delia għal Membru Parlamentari u eventwalment Kap tal-Oppożizzjoni.
//= $special ?>

