Eluf ta’ Katalani ħadu sehem f’dimostrazzjoni kbira f’Barċellona, sigħat qabel ir-referendum ta’ għada li se jiddeċiedi jekk il-Katalunja għandhiex tkun stat indipendenti minn Spanja. Il-President reġjonali, Carles Puigdemont qal li għandu tama kbira li l-Katalunja se tkun qed tagħmel l-ewwel passi tagħha biex issir nazzjon sovran.
Il-Katalonja huwa reġjun sinjur fit-tramuntana ta’ Spanja u li fih jgħixu madwar 7.5 miljun persuna. Dan ir-reġjun għandu l-kultura u l-lingwa tiegħu u minkejja li jgawdi awtonomija kbira, taħt il-Kostituzzjoni Spanjola mhux rikonoxxut bħala nazzjon.
Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Qorti Kostituzzjonali wkoll qalet li l-vot huwa llegali, pero l-mexxejja tal-Katalonja baqgħu għaddejin bil-kampanja u determinati li r-referendum isir. Infatti tul din id-dimostrazzjoni l-Pulizija ntbagħtu fir-reġjun tal-Katalonja sabiex jimblukkaw ir-referendum tal-indipendenza.
//= $special ?>