Il-Kunsilli Lokali qegħdin hemm biex ikun hemm politika għal-lokal. Politika li tkun tikkonċerna l-ħtiġijiet tal-lokal. Dan kien il-ħsieb li Partit Nazzjonalista welled 25 sena ilu – il-Kunsilli Lokali, il-politika viċin aktar in-nies.
Dan kien il-messaġġ tal-Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Gvern Lokali Robert Cutajar waqt il-laqgħa li saret tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali. Sostna li llum irridu nagħtu messaġġ pożittiv li nistgħu naħdmu flimkien. Iżda hemm bżonn li jsir aktar. Żied jgħid li jittama li l-Gvern jisma’ l-ideat tal-Oppożizzjoni.
F’din il-laqgħa plenarja tkellmu numru ta’ Sindki fejn taw kontribuzzjoni tal-ħidma tal-Kunsilli fil-lokal rispettiv tagħhom. Robert Cutajar qal li l-Kunsilli Lokali llum hemm bżonn jagħmlu qabża, din il-vizjoni li kellu l-PN 25 sena ilu llum trid tkompli tikber.
Il-Kunsilliera huma dawk in-nies li qed ikunu jafu l-ħtiġijiet bażiċi tan-nies. Għalhekk il-Gvern illum hemm bżonn li jisma’ aktar dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni u biex il-Gvern u l-Oppożizzjoni jaħdmu id f’id biex il-Kunsilli Lokali jibqgħu b’relevanza u jkunu jistgħu jkunu huma li jwettqu aktar forom ta’ proġetti lokali f’kull aspett għall-ġid tal-lokalità. Il-PN jtenni li l-politika fil-Kunsilli Lokali għandha tidħol ukoll mill-għatba ‘il ġewwa, fejn minn hemm nibdew nisimgħu il-ħtieġa tal-komunità.
Robert Cutajar għalaq il-messaġġ fejn qal l-Partit Nazzjonalista qed jagħti u jibqa’ jagħti l-kontribut tiegħu f’dan il-qasam tal-iżvilupp lokali.
Segwi hawn fuq il-messaġġ ta’ Robert Cutajar li ntwera waqt il-laqgħa plenarja.
//= $special ?>