Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li hu ‘kunfidenti’ f’Konrad Mizzi, anke jekk Mizzi stess ammetta għal darba darbtejn li hemm possibiltà li tagħlaq l-Air Malta.
Edward Scicluna esprima l-kunfidenza tiegħu f’Konrad Mizzi waqt konferenza tal-aħbarijiet is-Sibt filgħodu. “L-Air Malta qegħda f’idejn Ministru ‘in charge’ hemmek, u jiena kunfidenti li qed jiħħendiljaha bl-aħjar mod possibbli,” qal Edward Scicluna.
Il-fiduċja f’Konrad Mizzi mill-Ministru Edward Scicluna ġiet ftit biss wara li Konrad Mizzi rrepeta għal darba darbtejn li hemm possibiltà li l-Air Malta tingħalaq.
Il-Gvern ilu erba’ snin, u issa dieħel għall-ħames sena, ibiddel il-pjanijiet tiegħu għall-Air Malta wara li fallielu l-pjan li jsib sieħeb strateġiku.
Intant, Edward Scicluna kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet li saret apposta biex il-Gvern imaqdar dokument ta’ qabel il-budget maħruġ mill-Partit Nazzjonalista.
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, Edward Scicluna ftaħar li l-barranin qed jgħidu li f’Malta nħolqu setturi ekonomiċi ġodda. U meta mistoqsi minn NET News biex isemmi dawn is-setturi ġodda, Edward Scicluna semma l-qasam tas-saħħa u s-servizzi finanzjarji.
Dwar il-ħolqien ta’ setturi ġodda, il-Partit Nazzjonalista ppubblika dokument ta’ qabel il-budget. Il-Partit Nazzjonalista kien l-ewwel partit politiku fl-Oppożizzjoni fl-istorja li ħa l-interess jippubblika pre-budget document.
//= $special ?>FILMAT: Konrad Mizzi jirrepeti t-theddida li tagħlaq l-Air Malta