Ambjent Lokali

FILMAT: Familji josservaw it-tajr tal-priża

BirdLife Malta qed tkompli tqajjem ħarsien fuq is-sbuħija tan-natura ħielsa, fosthom fuq it-tajr tal-priża li bħalissa qed ipassi fuq gżiritna. Tul tmiem din il-ġimgħa Bird Life Malta għamlet numru t’attivitajiet t’ossrvazzjoni għal dan l-avveniment annwali li jibda minn Awwissu u jibqa’ sejjer sa Ottubru, hekk l-imsejjaħ fi kliem tekniku bħala l-istaġun tal-Ħarifa għall-għasafar.

Ħadna l-kummenti ta’ dawk preżenti f’waħda minn l-attivitajiet fejn ukoll kien hemm numru tat-tfal entużjażti biex jaraw it-tajr tal-priża. Uħud qalulna li raw, il-Badan, il-Kuċċard, l-Ispanjulett u anke lis-Seqer tal-Ħanieqa.

Kathleen Galea qaltilna li din l-idea ta’ osservazzjoni tal-għasafar fi tmiem din il-ġimgħa qed issir madwar l-Ewropa kollha.

F’kummenti li ta l-dan l-istazzjon Nathaniel Attard Communications Managar tal-Bird Life qalilna aktar fuq l-attività t’għada li se ssir fejn is-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi wkoll u kif ukoll fuq il-Kampanja #ISAVEBIRDS.

Segwi aktar fis-servizz t’hawn fuq.