Lokali Qorti

Ġuvni akkużat b’serq jinfexx jgħajjat mal-Maġistrat u jtiha dahru

Waqt li ġuvni ta’ 19-il sena tressaq il-Qorti akkużat b’serq u li għamel ħsara fi proprjeta’ ta’ persuni oħra, infexx jgħajjat mal-Maġistrat Gabriella Vella waqt li ta dahru f’diversi tentattivi biex jinterrompiha.

Il-ġuvni, Somalu, meta tressaq il-Qorti ma weġibx jekk hux ħati jew le għall-akkużi miġjuba kontrih, għaldaqstant wara diversi tentattivi mill-Maġistrat u minkejja l-għajnuna ta’ interpretu, il-Qorti ddikkjarat li l-akkużat kien qed jiċħad l-akkużi.

Il-Ġuvni kien akkużat ukoll li rreżista l-arrest u li tela’ fuq proprjetà ta’ ħaddieħor biex jaħrab mill-pulizija.

Iż-żagħżugħ nżamm arrestat, waqt li l-Ispettur Melvyn Camilleri qal li s-Somalu ttieħed l-Isptar Monte Carmeli biex ikun eżaminat għal xi problemi psikjatriċi, iżda ħareġ li huwa kien qed jipprova li jkun iddikjarat marid biex jevita l-proċeduri kriminali kontrih.