Lokali

Ħaqqek il-Premju Ħaddiem tas-Sena? – Jiftħu n-nominazzjonijiet

Mill-1 ta’ Ottubru sat-23 ta’ Ottubru, se jinfetħu n-nominazzjonijiet online għal seba’ premijiet fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena. Għal dawn il-premijiet jistgħu jiġu nominati ħaddiema, min iħaddem, teams u entitajiet jew korporazzjonijiet jew kumpaniji fis-settur pubbliku jew privat.

Il-kategoriji ta’ din is-sena huma:

  • Il-Ħaddiem Mudell tas-Sena
  • It-Team tas-Sena
  • Il-Manager tas-Sena
  • L-Employer tas-Sena
  • L-iktar kumpanija li tħaddan l-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol
  • L-iktar kumpanija li toffri miżuri family-friendly lill-ħaddiema
  • Il-Premju Ħaddiem tas-Sena 2017

B’hekk din is-sena hemm żieda ta’ żewġ kategoriji ġodda li jirrikonoxxu l-isforzi ta’ min iħaddem biex iħaddan prattiċi li jinkoraġixxu l-ugwaljanza u work-life balance fuq il-post tax-xogħol.

L-applikazzjonijiet jinsabu online fuq il-website tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. Għal kull nomina hemm bżonn żewġ nominaturi li jiktbu għaliex il-premju għandu jmur għand in-nominat jew nominata tal-għażla tagħhom.

Ir-rebbieħa jitħabbru fis-serata finali, nhar is-6 ta’ Diċembru.