Għawdex

Iċ-Ċittadella tirbaħ premju internazzjonali ieħor

Hekk kif dan is-sajf iċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta’ Għawdex rebaħ il-premju tal-Best Visitor Attraction Project ta’ InstallAwards tar-Renju Unit, ilbierah filgħaxija ġie innominat bħala Entertainment Venue of The Year, dan sar waqt ċerimonja ta’ għotja ta’ premjijiet fil-West End ta’ Londra.  Din l’ attrazzjoni fil-gżira Maltija, għelbet pajjiżi oħra fid-dinja f’dan it-tip ta’ proġetti, dawn il-pajjiżi jinkludu r-Renju Unit, Dubai, Belġju, Franza u l-Ġermanja.

Fiċ-Ċittadella dan l-aħħar sar ristawr kbir, u kien hemm żewġ proġetti ta’ restawrazzjoni u rihabilitazzjoni ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Il-kumpanija Sarner, illi tispeċjalizza f’disinji kreattivi u instalazzjoni ta’ oġġetti u apparat awdjoviżiv, ġabet lura l-ħajja ta’ elfejn sena storja ta’ Għawdex.

L-istorja rikka u s-sbuħija naturali ta’ Għawdex, minsuġa mad-drawwiet u tradizzjonijiet, kienu fatturi kontributorji għal din il-kreazzjoni ta’ attrazzjoni turistika rebbieħa.