Tom Price rriżenja mill-kariga ta’ Segretarju tas-Saħħa tal-President Amerikan Donald Trump. Dan wara li nkixef li kien nefaq aktar minn US$400,000 fuq titjiriet għal xogħol f’ajruplan privat.
Dan meta uffiċjali tal-Gvern Amerikan, ħlief dawk f’xogħol fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, iridu jużaw titjiriet kummerċjali għax-xogħol.
Price qal ukoll li kien se jħallas lura l-ispiża kollha tat-titjiriet privati u esprima d-dispjaċir tiegħu għal dak li ġara.
B’kollox, minn Mejju, Price għamel 26 titjira fuq ajruplani privati għall-ispiża ta’ US$400,000.
Il-White House qalet li Trump kien aċċetta r-riżenja u minflok inħatar temporanjament Don J. Wright li kien id-Deputat Assistent Segretarju għas-Saħħa.
Irriżenja s-Segretarju tas-Saħħa Amerikan


