Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku San Ġiljan

Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan. L-inċident seħħ fi Triq Mikiel Anġ Borġ għall-ħabta tal-04.00 ta’ filgħodu.

Jirriżulta li żagħżugħ ta’ 25 sena, residenti San Ġwann, kien qed isuq vettura tat-tip Toyota Tercel, għal xi raġuni kellu impatt ma’ vann tal-għamla Samsung SV110 li kien ipparkjat.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.