Futbol Sport

KAMPJONAT BOV PREMIER – Tarxien jakkwistaw l-ewwel rebħa b’mod drammatiku

Keane Cutajar

TARXIEN R……………….2
SLIEMA W………………1

Tarxien inqalgħu mill-aħħar post tal-klassifika wara li għelbu lil Sliema Wanderers b’gowl li wasal biss fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima. Din kienet l-ewwel rebħa tal-istaġun ta’ Tarxien u t-tieni logħba konsekuttiva mingħajr telfa.

Jose’ Borg żamm il-fiduċja fl-ewwel 11 li bdew l-aħħar partita u għażel li ma jagħmel l-ebda tibdil fil-formazzjoni. John Buttigieg għamel erba’ tibdiliet mir-rebħa li Sliema kellhom il-ġimgħa li għaddiet fejn irritornaw Muchardi, Temile, Aqulina u Gavric. Il-captain Alex Muscat u Mark Scerri jinsabu imweġġa però Scerri kien parti mill-iskwadra fil-grawnd mar-riservi.

Fl-ewwel taqsima rajna logħob kemxejn bilanċjat bejn iż-żewġ timijiet b’Sliema joħorġu b’mentalita’ daqxejn iktar offensiva mill-avversarji. It-tieni taqsima kienet iddominata min Sliema b’attakk wara l-ieħor sakemm Andre’ Scicluna ta rebħa lil Tarxien fil-ħin miżjud.

Fis-27 minuta Tarxien fetħu l-iskor meta Ayrton Azzoppardi għadda ballun sabiħ lejn Ryan DARMANIN li ġie żmarkat u waħdu ma’ Żammit ma żbaljax u spara fir-rokna.

Sliema ġabu d-draw fil-35 minuta meta’ id-difiża ta’ Tarxien naqset milli tbiegħed il-periklu, il-ballun waqgħa għand Jefferson DE ASSIS li min pożizzjoni komda tefa’ fix-xibka.
Tarxien fetħu t-tieni taqsima fuq l-offensiva meta kien Darmanin li ttanta xortih b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa li għadda ftit barra.

Mas-67 minuta De Assis kien dieħel waħdu fil-kaxxa, Godwin McKay ittekiljah minn wara u deher jieħu biss saqajn il-plejer, fawl li deher ċar iżda Glenn Tonna ħalla l-logħob għaddej, fost il-frustrazzjoni fil-klan Slimiż.

Qeros kellu xutt imblukkat mid-difiża u mir-ribawnd kien John Mintoff li sab it-tentattiv tiegħu imblukkat minn Cassar fl-74 minuta.

Fil-81 minuta Qeros daħal tajjeb u għadda l-ballun lejn Temille b’dan tal-aħħar venen xutt li ġie salvat tajjeb minn Cassar.

L-aħħar azzjoni tal-partita sarfet f’gowl għal Tarxien meta kien freekick perfett moghti lejn il-kaxxa ż-żgħira ta’ James Brincat li ġie milħuq fuq il-ġirja bir-ras minn Andre’ SCICLUNA qabel il-gowlkiper ta’ Sliema, bil-ballun jispicca fix-xibka.