F’għeluq il-125 sena mit-twaqqif ta’ San Vinċenz De Paule u fl-okkażjoni tal-Jum tal-Anzjani, l-istaff kollu ta’ San Vinċenz flimkien mal-anzjani organizzaw diversi attivitajiet.
Is-Sibt kienu organizzati tlielaq li fihom flimkien mal-ħaddiema, ħadu sehem l-anzjani residenti f’San Vinċenz. Saret ukoll ġirja ta’ 5 kilometri madwar ir-residenza għall-atleti.
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet kemm il-125 anniversarju mit-twaqqif ta’ San Vinċenz kif ukoll jum l-anzjani, se jitħawlu 20 siġra f’San Vinċenz stess mill-anzjani u qraba u kif ukoll speċjalisti.
//= $special ?>







