Ftit tal-ħin ilu raġel kien mixħut mal-art, aktarx fis-sakra, quddiem l-għassa tal-Pulizija tal-Marsa. Persuni li tkellmu ma’ NET News qalu li mhux magħrufa l-kundizzjoni tar-raġel u li l-għassa tal-Pulizija kienet magħluqa.
Dwar dan, NET News tkellem mal-Kunsillier tal-Marsa Jean Paul Zammit, li kkonferma li l-għassa tal-Marsa ilha magħluqa tlett ijiem. Sostna li l-għassa tal-Marsa tkun magħluqa, mhux aċċettat mir-residenti.



