Hekk kif ftit tal-ħin ilu għalqu n-nomini, il-Kummissjoni Elettorali avżat li b’kollox se jkunu seba’, il-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjoni każwali biex jimtela s-siġġu vakat mid-Deputat Jean Pierre Debono li kien elett mis-7 Distrett fl-aħħar elezzjoni ġenerali.
Il-Kandidati huma, Sam Abela, Antoine Borg, Dounia Borg, Lee Bugeja Bartolo, Peter Micallef, David Vassallo u Ian Vassallo.
Jean Pierre Debono kien irriżenja sabiex postu fil-Parlament jittieħed mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u l-kandidati tal-PN fis-7 Distrett li ma kienux eletti kienu qablu li ma jikkontestawx l-elezzjoni każwali. Madanakollu, wara li l-Partit Demokratiku iddeċieda li jikkontesta l-elezzjoni każwali, il-kandidati tal-PN ma kellhomx għażla oħra ħlief li jixħtu n-nomina u jikkontestaw l-elezzjoni każwali.
Il-PD kellu tliet kandidati li ħarġu f’dan id-distrett taħt il-lista’ tal-PN fl-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju. Godfrey Farrugia, li kien elett, Monique Agius, li ma tefgħetx in-nomina tagħha, u Lee Bugeja Bartolo, li se jikkontesta l-elezzjoni każwali.
//= $special ?>