Internazzjonali

Spanja fuq ix-xwiek minħabba r-referendum tal-Katalonja

Il-bandiera Spanjola mal-galleriji f'Madrid.
Hemm tensjoni u stennija għal dak li jista’ jinqala’ l-Ħadd minħabba d-deċiżjoni ta’ attivisti favur l-indipendenza li f’Katalonja jagħmlu referendum illegali.
Dan hekk kif dawk favur l-indipendenza tal-Katalonja huma determinati li jimxu l-quddiem bil-pjan tagħhom li jagħmlu referendum dwar l-indipendenza.
Carles Puigdemont, il-mexxej Katalan, qal li hu kien fiduċjuż li l-vot kien se jsir u kien għadd għandhom dak kollu meħtieġ biex il-poplu jesprima x-xewqa tiegħu.
Dan minkejja li l-qorti Spanjola ddikjaratu kontra l-liġi.
Il-Gvern Spanjol bagħat ukoll Pulizija minn madwar il-pajjiż biex jassiguraw li ma jsirx il-vot. Hemm 1,300 minn 2,315 skola fir-reġjun Katalan li kien u sigiljati mill-Pulizija biex ma jsirx il-vot fihom. Dan wara li f’dawn l-aħħar ġranet kienu sekwestrati eluf kbar ta’karti tal-vot. Imma hemm 163 skola li kienu okkupati minn familji li jridu li l-vot isir.
L-akbar inkwiet tal-Gvern Spanjol hu li jiqala’ l-ġlied waqt il-ġurnata tal-lum.
F’Barcellona, il-Ġimgħa filgħaxija saret dimostrazzjoni enormi favur l-indipendenza. Dazn fl-istess ħin li f’L’Hospitalet de Llobregat, madwar 2,000 persuna attendew dimostrazzjoni kontra l-indipendenza.