Lokali Qorti

Studenta teħel €4,000 u sentenza sospiża wara li attakkat żewġ Pulizija

Tfajla Ingliża ta’ 20 weħlet multa ta’ €4,000 u sena ħabs sospiża għal sena u nofs wara li darbet żewġ kuntistabbli tal-Pulizija.

It-tfalja, l-ewwel ċaħdet iżda aktar tard fil-Qorti ammettiet li matul il-lejl li għadda kienet fis-sakra u ħebbet għall-Pulizija fil-Ħamrun. Hi qalet li kienet qed tfittex lill-ħuha li għadu rrapurtat nieqes. Il-Pulizija kellhom jingħataw il-kura minħabba l-ġrieħi li sofrew.

Il-Maġistrat Gabriella Vella wissiet lit-tfajla, li hi studenta u li għada titlaq minn Malta, li jekk ma tħallasx il-multa fi żmien 18-il xahar, ikollha tiskonta s-sentenza f’Malta.