Giovanna Mamo li tgħix fid-Dar tal-Anzjani ‘The Little Sisters of the Poor’ fil-Ħamrun, fl-okkażjoni li għalqet 100 sena kellha żjara speċjali mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.
Il-Ħaddiema tad-dar organizzaw festin żgħir waqt li flimkien ma’ anzjani oħra u l-President kantaw u ċċelebraw din l-okkażjoni.



